5 feruti wara ġlieda fil-Marsa; 2 minuri

Ħames persuni weġġgħu kawża ta’ ġlieda li bdiet fiċ-Ċentru Miftuħ fil-Marsa bejn għadd ta’ persuni. In-numru totali ta’ dawk involuti mhux ikkonfermat.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija li spjega li l-argument seħħ bejn id-8.45pm u d-9.15pm u ssejħu diversi units mir-Rapid Intervention Unit sabiex jassistu u jikkalmaw is-sitwazzjoni.

Kawża tal-ġlied indarbu żewġ minuri li ttieħdu l-Isptar Mater Dei, wieħed ta’ 14-il sena u ieħor ta’ 16-il sena, it-tnejn li huma Somali. Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa. Indarbu ħfif tliet persuni oħra li marru ċ-Ċentru tas-Saħħa għall-kura.