5 fatti dwar Black Friday

Fis-seklu 19 it-terminu Black Friday kien jintuża b’referenza meta kien jikkraxxja s-suq tal-ishma. L-ewwel darba li ntuża kien fl-24 ta’ Settembru 1869 meta James Fisk u Jay Gould kienu jippruvaw jaħtfu s-suq tad-deheb f’idejhom. Iżda l-pjan tagħhom falla meta l-Gvern tefa’ għax-xiri ħafna deheb fis-suq u tant kien hemm li l-prezz tiegħu waqa’. B’hekk fallew dawk li kienu investew fih.

Black Friday hija l-aktar ġurnata ta’ xogħol bieżla għall-plumbers fl-Istati Uniti. L-aħbar ingħatat mis-CNN li spjegaw li dan jiġri għax tant ikun hemm min juża s-sistema tal-ilma u t-tojlits li bosta nħawi jispiċċaw ma joperawx.

Black Friday darba minnhom sejħulha Big Friday. Skont rapport fil-ġurnal The New York Times fl-1955, it-terminu Black Friday ħareġ mill-belt ta’ Philadelphia. Dan seħħ għaliex il-ħwienet tal-belt ma ridux ikunu assoċjati mal-pandemonju ta’ traffiku li kien jinqala’ fil-belt matul dik il-ġurnata b’eluf kbar ta’ karozzi għaddejjin biex isir ix-xiri. Għalhekk fl-1961 ġurnal kien sejjaħ din il-ġurnata bħala Big Friday. Iżda dan l-isem ma kienx aċċettat u f’Philadelphia waqa’ uffiċjalment fis-snin 90 meta hemm ukoll beda jintuża t-terminu Black Friday.

Fil-Messiku Black Friday hu magħruf bħala El Buen Fin li tfisser ‘it-tmien il-ġimgħa t-tajjeb.’ Dan sar biex ifakkar l-anniversarju tar-rivoluzzjoni fil-Messiku fl-1910 li xi drabi d-data tagħha taħbat eżatt mal-ġurnata tat-Thanksgiving fl-Istati Uniti. Il-El Buen Fin idum għaddejn jumejn.

Skont stħarriġ li sar mill-kumpanija RetailMeNot, 12 fil-mija tax-xerrejja fl-Istati Uniti jkunu fis-sakra meta jidħlu għax-xiri fil-ħwienet. Mhux magħruf għaliex jispiċċaw hekk imma xi wħud jgħidu li hemm min jixrob iżżejjed biex ikun ferħan waqt ix-xiri.