5 arrestati wara li nqabdu bil-kokaina u bil-kannabis

Ħames persuni ġew arrestati wara li nstabu fil-pussess tad-droga kokaina u l-ħaxixa tal-kannabis.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-arresti saru mutul il-lejl li għadda. Erbat irġiel u tfajla li l-età tagħhom tvarja bejn is-17 u s-36 sena ġew arrestati. Wieħed mill-irġiel huwa Taljan.

It-Taljan ġie arrestat fi stabbiliment tad-divertiment f’Paceville filwaqt li t-tfajla u t-tliet irġiel l-oħra ġew arrestati fi stabbiliminet tad-divertiment fiż-Żurrieq. Il-persuni arrestati għandhom jitressqu fil-Qorti fil-jiem li ġejjin.