5 applikazzjonijiet għall-ftuħ ta’ fabbriki tal-kannabis

L-Awtorità dwar il-Mediċini qed tevalwa ħames applikazzjonijiet sottomessi għal produzzjoni tal-kannabis għal skopijiet mediċinali u ta’ riċerka iżda ma ħarġet l-ebda liċenzja s’issa.

Il-Ministru Julia Farrugia Portelli qalet li l-Awtorità dwar il-Mediċini ma ħarġet l-ebda liċenzja skont l-Att dwar il-Produzzjoni tal-Kannabis għal Skopijiet Mediċinali u ta’ Riċerka u bħalissa qed tevalwa d-dokumentazzjoni sottomessa u tmexxi spezzjonijiet relatati ma’ ħames applikazzjonijiet f’dan ir-rigward, filwaqt li ssegwi l-progress tal-applikanti rispettivi.

Hija kienet qed twieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech.