5 affarijiet ‘tad-daħk’ li ġraw fit-Tieġ Irjali

Miljuni ta’ persuni segwew it-tieġ irjali bejn il-Prinċep Harry u Meghan Markle.
Fost dawn, ma naqsux il-kummenti fuq Twitter dwar dak li raw.
Kien hemm min ta togħma umoristika  lill-kummenti tiegħu.
L-ilbies tar-Reġina kien probabbilment fost l-ewwel li laqqat dawn il-kummenti. Kien hemm min qal li r-Reġina , b’attentat li timmodernizza l-Familja Rjali, marret għat-tieġ tan-neputi tagħha liebsa ta’ Minion.

https://platform.twitter.com/widgets.js

Kummenti fuq il-preżenza tal-ekstfajla ta’ Harry ma naqsux, b’ħafna jgħidu li kienet tidher xi ftit jew wisq skomda.

https://platform.twitter.com/widgets.js

It-tfal preżenti fit-tieġ, partikolarment il-Prinċep George, il-Prinċipessa Charlotte u l-page boy, ma kienux eżenti mill-kummenti tan-nies.
Kien hemm min ikkumenta fuq l-ilbies tal-Prinċep George, u qal li issa, il-Prinċep sar gotiku.

https://platform.twitter.com/widgets.js

Il-Prinċipessa ġiet tidher tgħajjeb f’ritratt minnhom. Dan ġie kkumparat ma’ ritratt ieħor fejn il-Prinċep Harry jidher li qed jgħajjeb.

https://platform.twitter.com/widgets.js

Il-page boy ġie mxebbaħ ma’ Dennis the Menace.