5 affarijiet li qed jgħarrqulek għajnejk!

Kulħadd jaf li li tħares lejn ix-xemx tista’ tikkawża ħsara serja lill-għajnejn f’temp ta’ ftit sekondi.
Oftalmologu Amerikan, Christopher Quinn, semma ma’ midja internazzjoniali għadd ta’ affarijiet li wieħed jista’ jagħmel li jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-għajnejn, mingħajr ma jirrealizza.

  1. Li tħares lejn skrin għal tul ta’ ħin. Filwaqt li fortunatament, din ma twassalx għal ħsara fiżika fl-għajnejn, tikkawża stress qawwi fuq is-sistema viżiva. Idealment, wieħed jaqla' għajnejh minn mal-iskrin u jħares lejn oġġett li qiegħed 20 pied 'l bogħod, għal 20 sekonda, kull 20 minuta.
  2. Li ma tilbisx nuċċali tax-xemx. Wieħed għandu jilbes in-nuċċali tax-xemx anki meta x-xemx ma tkunx evidentament qawwija. Ix-xemx tista’ twassal għal problemi serji fl-għajnejn bħal katarretti.
  3. It-tipjip. It-tipjip jista' jkolllu konsegwenzi simili għal dawk ikkawżati mix-xemx.
  4. Li ma tikolx ħaxix. Il-ħaxix fih vitamini li jistgħu jipproteġu s-saħħa tar-retina.
  5. Li ma tmurx għand it-tabib tal-għajnejn regolarment. Huwa importanti li tal-anqas darba fis-sena wieħed imur għand it-tabib tal-għajnejn, anki jekk ma għandux problemi ta’ vista. Dan għaliex wieħed jista’ jkollu problemi fl-għajnejn li ma jindunax bihom mill-ewwel.