5.8% tal-PGD jmur għas-saħħa; 1.4% inqas mill-medja Ewropea

Il-Gvern nefaq 5.8% tal-Prodott Gross Domestiku  (PGD) għas-settur tas-saħħa fl-2015, bl-akbar proporzjon minnhom tmur għal servizzi fl-siptarijiet, skont ċifri tal-Eurostat.
Dawn iċ-ċifri jħarsu lejn in-nefqa ta’ kull Stat Membru fil-qasam tas-saħħa, kemm bħala perċentwal tal-PGD tal-pajjiż, kif ukoll bħala perċentwal tan-nefqa totali tal-gvern.
Il-medja Ewropea tan-nefqa fuq is-saħħa bħala perċentwal mill-PGD hija ta’ 7.2%.
Skont il-Eurostat, fl-2015 il-Gvern nefaq €540 miljun, bi €365 miljun imorru għal servizzi fl-isptarijiet, €92 miljun f’servizzi tal-outpatients, u €45 miljun f’apparat u prodotti, u xejn f’riċerka u żvilupp.
Fost l-aktar pajjiżi li nefqu fuq is-saħħa hemm id-Danimarka, Franza l-Awstrija u n-Netherlands. L-inqas perċentwali mill-PGD li ġew allokati għas-saħħa ġew irreġistrati fir-Rumanija, il-Latvja u Ċipru.
In-nefqa tal-Gvern Malti fl-2015 tammonta għal 14.2% tan-nefqa totali.