5,676 ħadu sehem fi SkolaSport din is-sena

5,676 parteċipant ħadu sehem fi SkolaSport fl-erba’ xhur li għaddew. Dan jirrappreżenta żieda ta’ 40 fil-mija fuq is-sena skolastika li ntemmet f’Ġunju li għadda.
Dan joħroġ minn statistika mogħtija fil-Parlament mill-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Godfrey Farrugia.
Fit-tliet snin preċedenti, in-numru ta’ parteċipanti kien ta’ ftit iktar minn 4,000 kull sena skolastika.