5,500 appartament tal-Gvern għall-bejgħ b’roħs lil min jgħix fihom

Minn nhar it-Tnejn li ġej, dawk li jgħixu f’appartamenti tal-Gvern se jkunu jistgħu jixtru dawn l-appartamenti mingħajr interessi u bi skonti li jlaħħqu sa 60%.

Dan ħabbru l-Ministru għall-Familja Chris Said quddiem il-housing estate Ta’ Penellu fil-Mellieħa.

Madwar 5,500 appartament se jkun jista’ jinxtara bħala parti mill-iskema li se ddum applikabbli għal sena. L-iskema ma tapplikax għad-djar, maisonettes u appartamenti li għandhom inqas minn 20 sena.

Dawk li jibbenefikaw mill-iskema jridu jkunu għexu fl-istess appartament mill-inqas 7 snin.

Il-Ministru spjega li din hija estensjoni ta’ proġett pilota li beda s-sena li għaddiet.