​5,200 persuna jaqilbu l-karta tal-identità fuq Għawdex mill-2003

Minn Ottubru 2003 sal-lum kien hemm 5,196 persuna li qalbu l-indirizz tal-karta tal-identità tagħhom minn Malta għal Għawdex.
Il-Ministru tal-Intern Manuel Mallia poġġa l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra bi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.
L-informazzjoni hi maqsuma f’perjodi ta’ sitt xhur.
L-iktar bidliet fl-indirizzi seħħew fis-sitt xhur ta’ bejn April u Settembru tal-2007. Dakinhar kien hemm 2,199 karta tal-identità li nqalbu għal fuq indirizz f’Għawdex.
L-inqas bidliet seħħew fis-sitt xhur ta’ qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2013. Dakinhar, kien hemm biss 70 karta tal-identità li nqalbilha l-indirizz minn Malta għal Għawdex.