5,152 annimal miġbur mill-ambulanzi tal-annimali fi 3 snin

Mill-bidu tal-2013 ‘l hawn inġabru total ta’ 5,152 annimal mill-ambulanzi tad-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali.
Dan qalu l-Ministru għall-Ambjent Leo Brincat fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari mressqa mid-deputat Toni Bezzina.
Fl-2013 inġabru 1,525, fl-2014 inġabru 1,340, fl-2015 inġabru 1,810 filwaqt li sat-18 t’April 2016 inġabru 477.