4kg ta’ kannabis imwaqqfa fi triqithom lejn Malta

Żewġ persuni li kienu diretti lejn Malta bil-katamaran twaqqfu fil-port ta’ Pozzallo wara li nstabulhom 3.5 kg kannabis u 500 gr ħaxixa tal-kannabis.
Il-Pulizija f’Pozzallo għamlet ukoll tfittxijiet fir-residenzi tal-persuni f’Pachini, fejn instabu għodda relatati mat-traffikar, bħal miżien u xfafar li jintużaw biex id-droga tiġi ppakkettjata. Ġew issekwestrati wkoll tliet mowbajls.
Iż-żewġ persuni qed jinżammu taħt arrest b’akkużi ta’ traffikar ta’ sustanzi illeċiti.