49 persuna salvati mill-ilmijiet barra l-Gran Canaria fi Spanja

Red Cross members take the temperature of a migrant before disembarking from a Spanish coast guard vessel in the port of Arguineguin on the island of Gran Canaria, Spain, May 17, 2020. REUTERS/Borja Suarez

Membri tal-gwardja kostali ta’ Spanja salvaw 49 migrant li kienu qed jinġarru fl-ibħra ftit mili ‘l barra mill-kosta tal-Gran Canaria nhar il-Ħadd, skont kelliem tal-organizzazzjoni. Din kienet l-aħħar waħda fost għadd ta’ wasliet ta’ migranti, li żdiedu sew matul dan l-aħħar xahar fil-Gżejjer Kanari 

Sgħajjied lemaħ id-dingi u avża lill-gwardja kostali, li ħadu azzjoni biex idaħħlu d-dingi u lill-okkupanti tiegħu lejn il-port ta’ Arguineguin, kompla jgħid. 

In-nies kollha li nsabu abbord kienu rġiel, u hu mifhum li 35 minnhom għandhom inqas minn 18-il sena, skont l-organizzazzjoni tar-Red Cross, li tieħu ħsieb lill-immigranti illegali li jirnexxielhom jaslu fuq dawn il-gżejjer.

Mal-wasla tagħhom, persunal tar-Red Cross, li kienu lebsin maskli, ingwanti u nuċċalijiet protettivi, iċċekjaw it-temperatura tal-migranti, u wara tawhom kutri u daħħluhom ġo tined li jinsabu viċin il-port. 

Data mill-Ministeru għall-Intern ta’ Spanja turi li l-immigrazzjoni illegali lejn il-Gżejjer Kanari s’issa żdiedet b’madwar 700% din is-sena, fejn ġew irrappurtati 1,936 wasla sat-tmiem ta’ April, imqabbla ma’ 243 biss li waslu s-sena l-oħra. 

Il-migrazzjoni globali lejn Spanja naqset b’madwar 24% matul l-istess perjodu.