49 każ ġdid; 15 jingħataw kura fl-isptarijiet

Charmaine Gauci
Miguela Xuereb

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 49 każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fiequ ħames persuni. Dan ifisser li t-total ta’ każijiet attivi f’Malta bħalissa huwa ta’ 311-il każ. Id-dettalji dwar dawn il-każijiet il-ġodda ngħataw mill-Prof. Charmaine Gauci, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, waqt l-aġġornament li indirizzat fis-1pm.

Xi spikka minn dak li qalet Prof. Gauci?

  • B’kollox hemm 15-il persuna fl-isptarijiet minħabba l-Covid-19, wieħed minnhom anzjan li diġà għandu kumplikazzjonijiet
  • Mill-każi tal-lum: tifel jew tifla minn Skolasajf
  • Il-maġġoranza tal-każi huma fost iż-żgħażagħ
  • Se jsir perspex fid-djar tal-anzjani
  • L-attivitajiet tal-massa m’għandhomx isiru
  • Min jikser il-kwarantina jeħel multa ta’ €10,000
  • Mistennija jkollna numru kbir ta’ każi fil-jiem li ġejjin
  • Newsbook jistaqsi jekk hux se tiġi ddikjarata emerġenza tas-saħħa pubblika. Fis-7 ta’ Marzu Malta kellha 3 każijiet attivi. Illum iktar minn 300 każ attiv.
COVID-19 – Media Briefing – 07-08-2020

COVID-19 – Media Briefing – 07-08-2020

Posted by Covid19 Malta on Friday, August 7, 2020

Segwi minuta b’minuta dak li qalet Prof. Charmaine Gauci:

13:56 Tiġi fi tmiem din il-konferenza tal-aħbarijiet. Grazzi talli segwejtuna
Christoph Schwaiger
13:56 Tappella lill-pubbliku għall-kooperazzjoni tiegħu
Christoph Schwaiger
13:54 Prof. Gauci tgħid li Malta tinsab fuq quddiem fejn jidħol it-testing
Christoph Schwaiger
13:52 Prof. Gauci tgħid li Malta issa għandha aktar esperjenza u li l-miżuri li daħlu fis-seħħ issa ma jkollhomx effett fl-immedjat.
Christoph Schwaiger
13:50 Newsbook jitlob risposta ċara għalfejn mhux qed tiddikjara emerġenza tas-saħħa pubblika. Meta ġiet dikjarata fis-7 ta' Marzu Malta kellha 3 każi attivi. Illum hemm aktar minn 300 każi attiv.
Christoph Schwaiger
13:41 It-TVM tistaqsi dwar id-dettalji tal-aħħar 49 każ ġdid
Christoph Schwaiger
13:40 Prof. Gauci tgħid li qed jaraw it-trends tal-każi. Qed ikomplu jsegwu s-sitwazzjoni. Dwar dawk in-nies vulnerabbli qed ikomplu jipproteġuhom.
Christoph Schwaiger
13:39 It-Times tistaqsi dwar l-istat tal-emerġenza tas-saħħa pubblika u dwar l-infurzar tal-miżuri l-ġodda
Christoph Schwaiger
13:37 Tikkonferma li hemm każ ta' student li jattendi skola sajf li ħareġ pożittiv. Tgħid li jsir risk assessment bil-contact tracing biex wieħed jara ma' min kien f'kuntatt
Christoph Schwaiger
13:36 Prof. Gauci tgħid li kienu qed jevalwaw is-sitwazzjoni u l-mezzi li hemm għall-kontroll tas-sitwazzjoni. Qed ikomplu jsegu s-sitwazzjoni u jekk ikun hemm lok jittieħdu aktar miżuri. Tgħid li hemm anzjan fl-IDU imma li m'hemm ħadd fl-ITU.
Christoph Schwaiger
13:35 L-Independent tistaqi jekk Malta hix fi stat ta' emerġenza ta' saħħa pubblika
Christoph Schwaiger
13:34 Prof. Gauci tgħid li hemm sistema ta' telemedicine. Tgħid li hemm avviż legali dwar kwarantina pożittivi. Jekk persuna tikser din il-liġi teħel multa ta' €10,000.
Christoph Schwaiger
13:33 One News jistaqsi dwar x'tip ta' kura jingħataw dawk li qed jirkupraw id-dar
Christoph Schwaiger
13:33 Tirringrazzja lit-tim tal-contact tracing u lill-voluntiera li qed jgħinu f'dan ix-xogħol
Christoph Schwaiger
13:32 Prof. Gauci tgħid li d-9 persuni li mietu diġà kellhom kundizzjonijiet mediċi oħra. Qalet li kien hemm minnhom ħarġet "b'kumbinazzjoni" li kienu pożittivi għall-virus
Christoph Schwaiger
13:30 Prof. Gauci tgħid li kull għodda li hemm disponibbli kontra l-virus għandha tintuża
Christoph Schwaiger
13:27 Net News jistaqsi dwar ir-rata ta' trażmissjoni lokali u kif din tista' tinżel, dwar kumplikazzjonijiet tal-qalb li jistgħu jinqalgħu, u dwar il-contact tracing.
Christoph Schwaiger
13:27 Qalet li min għandu xi sintomi għandu jibqa' d-dar.
Christoph Schwaiger
13:26 Appellat biex kull min ikollu xi sintomi jċempel il-111.
Christoph Schwaiger
13:26 Min jikser dan l-avviż jeħel multa ta' ħamsin ewro. "J'Alla li ħadd ma jeħel din il-multa," qalet Prof. Gauci.
Christoph Schwaiger
13:25 Prof. Gauci tgħid li se joħroġ avviż legali mil-lum li jpoġġi l-obbligu tal-ilbies tal-maskri fuq l-individwu.
Christoph Schwaiger
13:24 Tappella għall-kooperazzjoni mal-uffiċjali tal-infurzar. Tgħid li aktar ma jkun hemm kooperazzjoni min-nies aktar is-sitwazzjoni tista' tiġi kkontrollata.
Christoph Schwaiger
13:22 Prof. Gauci tfakkar fl-aħħar miżuri li tħabbru dwar is-social distancing. Tfakkar fil-capping ta' 100 persuna fuq ġewwa ta' stabbiliment u 300 persuna fuq barra. Ma jistax ikun hemm dance floors
Christoph Schwaiger
13:21 Terġa' titkellem dwar l-events. Tisħaq li attivitajiet tal-massa m'għandhomx isiru.
Christoph Schwaiger
13:21 Tikkonferma dak li ntqal f'konferenza f'Kastilja li fid-djar tal-anzjani jerġa' jiġi implimentat il-perspex
Christoph Schwaiger
13:20 Tgħid li huwa importanti li l-anzjani fid-djar tal-anzjani jiġu protetti
Christoph Schwaiger
13:19 Prof. Gauci tgħid li hemm tfal fi skolasajf li laqqtu l-virus
Christoph Schwaiger
13:19 Tikkonferma dak li qal Fearne li se jiżdiedu x-xjentisti li jagħmlu t-testing
Christoph Schwaiger
13:18 Gauci tgħid li ħafna mill-każi l-ġodda kienu ta' nies ta' età żgħira. Din hija waħda mir-raġunijiet għalfejn in-numru ta' pazjenti fl-isptar huwa baxx
Christoph Schwaiger
13:17 Gauci tisħaq dwar l-importanza tat-testing
Christoph Schwaiger
13:15 Tgħid li l-contact tracing huwa diffiċli
Christoph Schwaiger
13:13 Hemm cluster ta' 33 persuna minn bars f'Paceville
Christoph Schwaiger
13:12 Tgħid li kien hemm numru sostanzjali ta' clusters li wasslu biex jiżdiedu l-każi. Semmiet il-cluster tal-hotel takeover ta' G7 u Sound Salon u l-cluster tal-festa.
Christoph Schwaiger
13:11 Prof. Gauci tgħid li hemm total ta' 995 każi. Hemm 311 każi attivi
Christoph Schwaiger

OFFICIAL COVID-19 figures for 07•08•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Friday, August 7, 2020