49 każ ġdid tal-coronavirus; ifiqu 101 persuna

people-wearing-masks-valletta-coronavirus
Miguela Xuereb

Read in English.

Tħabbru 49 każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 101 persuna. Il-każijiet il-ġodda nstabu mill-2,446 swab test li saru.

B’hekk hawn 1,706 każ attiv tal-Covid-19.

OFFICIAL COVID-19 figures for 15•12•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Tuesday, December 15, 2020

Il-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati, filwaqt mill-101 każ tal-bieraħ kien hemm:

  • 34 każ fost membri tal-familja ta’ nies bil-virus
  • 19-il każ minn fuq il-post tax-xogħol
  • 4 każijiet ta’ nies li kellhom kuntatt dirett ma’ nies bil-virus
  • 4 każijiet minn attivitajiet soċjali fejn kien hemm uħud bil-virus

Dan ifisser li l-oriġini ta’ 40 każ minn tal-bieraħ baqgħet ma nstabitx.

Il-każijiet tal-bieraħ
101 każ ġdid ta’ coronavirus

L-għadd ta’ vittmi f’Malta tela’ għal 177, wara li dalgħodu l-Ministeru tas-Saħħa ħabbar li tilfu ħajjithom tliet anzjani oħra bil-virus, kollha fl-Isptar Mater Dei.