49 każ ġdid ta’ coronavirus; 41 ifiqu

swabbing center

Matul l-aħħar 24 siegħa nstabu 49 każ ġdid ta’ coronavirus fil-pajjiż. Dan ħareġ fl-infografika tal-Ministeru għas-Saħħa ppubblikata llum. Intant fiequ 41 persuna oħra.

Dan ħareġ wara li saru total ta’ 1,666 swab test oħra fi żmien 24 siegħa. Filwaqt li l-każi ġodda għadhom qed jiġu investigati, fost it-53 każ li nstabu lbieraħ hemm 14 li huma qraba ta’ persuni li diġà nstabu pożittivi, każ wieħed ta’ kollegi fuq il-post tax-xogħol, żewġ każi importati u tliet każi minn avvenimenti soċjali. 33 kaz jidher li ma jafux minn fejn ġew.

Minn meta feġġet il-pandemija fil-pajjiż saru total ta’ 218,692 swab tests li minnhom ħarġu 2,454 persuna pożittiva, fiequ 1,931 u mietu 16-il persuna.