Preżentament il-Korp tal-Pulizija qed iżomm 486 vettura kkonfiskata.
Dan joħroġ minn ċifri mogħtija fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern Byron Camilleri.
Il-Ministru għall-Intern spjega li l-Pulizija kkonfiskat 767 vettura bejn Jannar 2017 u Ottubru din is-sena. Minnhom 486 vettura għadhom fil-kustodja tal-Pulizija għal “diversi raġunijiet”.
Il-Ministru Camilleri kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.