48 siegħa ta’ attakki f’Gaża

REUTERS/ Amir Cohen

Read in English.

Il-grupp militanti Palestinjan tal-Ġiħad Iżlamiku waqqaf l-attakki fuq Gaża matul dan il-lejl wara li l-Iżrael qabel fuq patt ta’ waqfien mill-ġlied minn waħda mill-akbar ġlidiet fix-xhur li għaddew.

Il-ftehim daħal fis-seħħ fit-3.30am b’kelliem għall-grupp qal li kienu għaddew 48 siegħa minn meta l-Iżrael beda l-attakki wara l-qtil tal-Kmandant f’Gaża.

32 persuna Palestinajana nqatlu f’dawn l-attakki b’minn tal-inqas terz minnhom huma persuni ċivili. L-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters qalet ukoll li ġew sparati mijiet ta’ missili li pparalizzaw parti kbira min-Nofsinhar tal-Iżrael.