48 siegħa qabel jum San Valentinu… attent!

Ħafna koppji jkunu ħerqana biex jiċċelebraw l-iktar lejl romantiku tas-sena li jaħbat nhar il-Ħamis 14 ta’ Frar. Dan jekk il-koppja jirnexxielha tiskappa l-ġurnata mlaqqma ‘Red Tuesday’, ġurnata li hija magħrufa bħala ġurnata popolari fejn jitħassru r-relazzjonijiet.

Waħda mir-raġunijiet li n-nies qalu għaliex jagħżlu li jwaqqfu r-relazzjoni 48 siegħa qabel jum San Valentinu, hija biex jiffrankaw il-flus mix-xiri ta’ rigal u jevitaw il-pressjoni li tqajjem xi dikjarazzjonijiet falza tal-imħabba.