478 Malti jaħdmu f’aġenziji Ewropej

FILE PHOTO: European Union flags fly outside the European Commission headquarters in Brussels, Belgium, February 19, 2020. REUTERS/Yves Herman/File Photo

478 persuna Maltija jaħdmu fl-Istituzzjonijiet u l-Aġenziji tal-Unjoni Ewropea.

Dan qalu l-Ministru għall-Finanzi Evarist Bartolo hu u jwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici. Bonnici staqsa kemm hemm persuni jaħdmu mal-istituzzjonijiet u aġenziji tal-Unjoni Ewropea sal-aħħar ta’ April tal-2020.

L-Unjoni Ewropea għandha mat-33 aġenzija li jinsabu f’diversi stati membri tagħha. Intant, l-Unjoni Ewropea għandha seba’ istituzzjonijiet. Dawn huma:

  • Il-Parlament Ewropew
  • Il-Kunsill Ewropew
  • Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Il-Kummissjoni Ewropea
  • Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
  • Il-Bank Ċentrali Ewropew
  • Il-Qorti tal-Awdituri