475 persuna ddaħħlu l-isptar b’overdose – Fearne

Read in English.

Matul l-2018, skont il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, kien hemm 475 persuna li ddaħħlu fid-Dipartiment tal-Emerġenza minħabba overdose jew ta’ xi tip ta’ droga jew mediċina.

Il-Ministru Fearne kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tal-Membru Parlamentari Hermann Schiavone li talab għall-istatistika tal-aħħar tliet snin.

Il-Ministru Fearne offra l-istatistika tal-2018 fejn qal ukoll li kien hemm 1,811-il persuna li ddaħħlu l-emerġenza minħabba abbuż ta’ alkoħol.

Jidher li n-numri żdiedu minn dawk tal-2017. Matul l-2017, kien hemm 401 persuna li marret id-Dipartiment tal-Emerġenza fuq suspett ta’ overdose mid-droga. Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne kien qal dan fil-Parlament. Hu kien spjega li minn dawn, 242 kienu rġiel waqt li 159 kienu nisa bl-età medja kienet ta’ 44 sena.

Aqra: Iktar minn 400 persuna l-isptar b’overdose