​472 persuna tkeċċew wara li nstabu li kienu f’Malta illegalment

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia qal fil-Parlament li matul is-sena li għaddiet, kien hemm 472 persuna li nstabu illegalment u tkeċċew minn Malta.
Fuq mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, il-Ministru qal li bit-tibdil fil-liġi tal-Immigrazzjoni fl-2002, dan ma baqax reat u allura dawn ma jitressqux il-Qorti.
Madanakollu dawn intbagħtu lura pajjiżhom wara proċess amministrattiv fejn tinħarġet  deċiżjoni ta’ ritorn mill-Uffiċjal Prinċipal tal-Immigrazzjoni.
Huwa qal li minn dawn kien hemm 282 persuna li nqabdu meta kien qed jitilqu minn Malta għal pajjiż ieħor barra miż-żona Schengen.