47,000 persuna f’Malta jaf qed jisimgħu ħsejjes li ma jkunux jeżistu

Madwar 47,000 persuna f’Malta jaf qed jisimgħu ħsejjes li ma jkunux veru jeżistu. Dan għaliex ibatu mit-tinnitus.

Riċerka li ġiet ippublikata reċentament fil-ġurnal mediku peer-reviewed BMJ tgħid li l-maġġoranza tal-pajjiżi Ewropej m’għandhomx linji gwida għat-tobba biex jittrattaw it-tinnitus. Minħabba f’hekk il-prattiċi kliniċi b’rabta mal-kura tat-tinnitus ivarjaw ħafna minn pajjiż għall-ieħor.

X’inhi t-tinnitus?

It-tinnitus hija l-perċezzjoni ta’ ħoss fantażma. Dan huwa sintomu awditorju komuni. It-tinnitus jista’ jiġi meta jkun hemm xi diżordni bħall-sensorineural hearing loss. Dan jiġri meta jkun hemm ħsara fuq ġewwa tal-widna.

It-tinnitus jaffettwa aktar minn 42 miljun adult fl-Unjoni Ewropea. Huwa problema serja għal aktar minn erba’ miljun adult.

Skont ir-riċerka li saret, għalkemm l-għarfien dwar it-tinnitus qed jiżdied, hemm biss ftit evidenza dwar il-kura għat-tinnitus.

Il-pazjenti tat-tinnitus jgħidu li jkollhom diffikultà jikkonċentraw, li jkunu anzjużi, li jbatu biex jorqdu, u li jħossu li ma jistgħux jgħinu lilhom infushom.

Jekk trid tisma’ x’jisimgħu pazjenti tat-tinnitus tista’ tara l-filmat t’hawn taħt:

Għal aktar tagħrif u għajnuna tista’ tidħol hawn.