47% żieda fil-Baġit tal-‘Connecting Europe Facility’

L-Unjoni Ewropea ħabbret illum li, bħala parti mill-baġit 2021-2027, aktar fondi se jkunu disponibbli biex jappoġġaw investimenti f'sistemi infrastrutturali, inklużi dawk diġitali.
Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Maroš Šefčofič qal li "s-sistema l-ġdida se timbotta għal sinerġiji akbar bejn is-setturi tat-trasport, tal-enerġija u dik diġitali biex tkabbar l-impatt tat-tranżizzjoni tal-enerġija".
Skond il-komunikat uffiċjali, "il-Kummissjoni ta 'l-Unjoni Ewropea llum qed tipproponi li ġġedded din l-iskema b’€42.3 biljun biex tappoġġja investimenti f'netwerks infrastrutturali Ewropej għat-trasport (€30.6 biljun), l-enerġija (€8.7 biljun) u dik diġitali (€3 biljun).”
Il-baġit se jiżdied b'47% meta mqabbel ma’ dak tal-perjodu 2014-2020. Kif enfasizzat mill-Kummissjoni, din iż-żieda "turi l-impenn tal-Unjoni Ewropea għal Unjoni integrata ahjar u integrat b’mod fejn iċ-ċittadini u n-negozji jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-moviment liberu u minn dan is-suq uniku".