47 weħlu l-ħabs fuq manteniment

Miguela Xuereb

Fl-aħħar ħames snin kien hemm 47 persuna li weħlu l-ħabs għax ma żammewx mal-obbligazzjonijiet tagħhom li jħallsu l-manteniment.

Il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri qal li din is-sena kien hemm każ wieħed biss fejn persuna weħlet il-ħabż mqabbla ma’ tmienja tas-sena li għaddiet. Fl-2018 kien 18-il każ waqt li fl-2017 kien 20 każ.

Byron Camilleri kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari mressqa mid-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.