47 vettura aktar kuljum

Il-liċenzji għall-vetturi f’Malta żdiedu b’47 karozza kuljum, dan ifisser li bejn l-ewwel u t-tieni kwart ta’ din is-sena kien hawn żieda ta’ 4,297 liċenzja ġdida.

Informazzjoni minn Transport Malta li ġiet ippubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika turi li sal-aħħar ta’ Ġunju, f’Malta kien hawn total ta’ 379,338.

L-istess informazzjoni turi wkoll li din hija l-akbar żieda ta’ karozzi ġodda f’perjodu wieħed.

Il-maġġoranza tal-liċenzji, b’5,115 liċenzja ġdida nħarġu għal karozzi tal-passiġġieri filwaqt li 999 liċenzja nħarġu għall-muturi.

Il-liċenzji għal karozzi ġħodda kienu jammontaw għal 3,197, jiġifieri 45% filwaqt li liċenzji għal karozzi użati ħarġu 3,872 jiġifieri 55%.