47 skola rebbieħa… għalxiex?

47 skola madwar Malta u Għawdex ingħataw il-premjijiet tal-Iskejjel ‘Promoturi tal-Kotba’ talli organizzaw attivitajiet favur il-kotba, il-qari u l-litteriżmu.  
Din il-premjazzjoni ġiet organizzata mit-Taqsima tal-Librerija tal-Iskejjel (LISU) tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ktieb.
25 skola ngħataw il-premju tad-Deheb, 15-il skola ngħataw il-premju tal-Fidda u seba’ skejjel ingħataw il-premju tal-Bronż. 
Ingħataw ukoll premjijiet lill-istudenti li ġew fl-ewwel, fit-tieni jew fit-tielet post f’ kompetizzjonijiet relatati mal-Jum Dinji tal-ktieb. 
Ġew ippreżentati ċertifikati u kupuni, li jissarrfu f’kotba, lir-rebbieħa f’kull kategorija.