47 sena l-età medja tal-pazjenti bil-coronavirus – studju

REUTERS/Zoubeir Souissi

Studju li sar dwar il-coronavirus li ħa eluf ta’ ħajjiet u qed jinfirex malajr ħafna juri li l-età medja tal-pazjenti hija dik ta’ 47 sena.

Dan l-istudju sar f’The New England Journal of Medicine u għalih inkisbet l-informazzjoni ta’ 1099 pazjent minn 552 sptar ġo 30 provinċja u reġjun fiċ-Ċina fid-29 ta’ Jannar.

X’ħareġ mill-istudju?

  • L-età medja tal-pazjenti kienet ta’ 47 sena
  • 41.9% tal-pazjenti kienu nisa
  • 0.9% tal-pazjenti kellhom inqas minn 15-il sena
  • 5% tal-pazjenti ddaħħlu f’sala għall-kura intensiva
  • 1.4% tal-pazjenti mietu
  • 1.9% tal-pazjenti biss kellhom kuntatt dirett mal-annimali selvaġġi
  • L-iżjed sintomi komuni kienu d-deni u s-sogħla
  • 23.7% mill-pazjenti kienu diġà morda
  • 926 pazjent kellhom kundizzjoni mhux severa tal-coronavirus meta daħlu l-isptar; 173 pazjent kellhom kundizzjoni severa

Iżjed każijiet ġew ikkonfermati fl-Indoneżja, fit-Tajlandja u fl-Awstralja. L-Awstralja ħabbret li l-virus issa qed jintiret minn persuna għall-oħra. Kien hemm ukoll it-tieni fatalità mill-virus fl-Istati Uniti.

Illum ħafna skejjel fl-Italja se jibqgħu magħluqin għat-tieni ġimgħa konsekuttiva wara li l-virus infirex b’mod allarmanti fil-pajjiż, partikolarment fin-naħa ta’ fuq. Ilbieraħ ġie kkonfermat li mietu 34 persuna, u 1,600 huma infettati.

Tista’ taqra l-istudju kollu hawn.