47 każ ġdid tal-coronavirus

Miguela Xuereb

Read in English.

Malta għandha 47 każ ġdid tal-coronavirus, wara li lbieraħ saru 2,261 test.

Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar li issa b’kollox hawn 677 każ attiv tal-coronavirus, wara li fiequ 18-il persuna

Il-każijiet il-ġodda jinkludu 13-il każ mill-komunità, sitta li huma membri tal-familja ta’ każijiet preċedenti u tlieta kuntatti diretti ta’ każijiet imħabbrin qabel. Il-bqija tal-każijiet qed jiġu investigati.

OFFICIAL COVID-19 figures for 19•08•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Wednesday, August 19, 2020

Mil-lum daħlu fis-seħħ għadd ta’ miżuri restrittivi ġodda minħabba l-għadd kbir ta’ każijiet tal-coronavirus f’dawn l-aħħar ġimgħat. Dawn jinkludu li ma jistax ikun hemm gruppi ta’ aktar minn 15-il persuna, u li se jagħlqu l-bars, il-klabbs u d-discos.

Ara x’inhuma l-miżuri eżatti
X’miżuri jidħlu fis-seħħ illum?

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn