47 każ ġdid tal-coronavirus; ifiqu 42

face masks
Miguela Xuereb

Read in English.

Malta kellha 47 każ ġdid tal-coronavirus fl-aħħar 24 siegħa, filwaqt li fiequ 42 persuna. B’hekk, it-total ta’ każijiet attivi f’Malta bħalissa huwa ta’ 522.

Il-każijiet il-ġodda rriżultaw minn 1,961 swab test li saru.

OFFICIAL COVID-19 figures for 06•10•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Tuesday, October 6, 2020

Ftit tal-ħin ilu tħabbret l-40 mewta f’Malta bil-virus, dik ta’ anzjana ta’ 90 sena li mietet fl-Isptar Mater Dei lbieraħ filgħaxija. Hija kienet ilha ħamest ijiem tikkumbatti l-virus.

Ilbieraħ Malta kellha 57 każ ġdid tal-virus.

Minn dawn, kien hemm:

  • 28 każ ta’ membri tal-familja ta’ persuni bil-virus
  • Persuna li kellha kuntatt dirett ma’ xi ħadd bil-virus
  • 3 każijiet minn fuq il-post tax-xogħol
  • 2 każijiet mill-cluster ta’ Paceville
  • Każ minn attività soċjali

Dan ifisser li kien hemm 22 każ ġejjin mill-komunità.