47 bidwi affettwati minn proġett tal-Gvern; residenti jappellaw

Read in English.

In-numru ta’ bdiewa li se jiġu affettwati mill-bini ta’ triq fil-proġett Central Link huwa ta’ 47. Dan kien ikkonfermat mill-Ministru tal-Ambjent Josè Herrera fil-Parlament. Il-bdiewa huma rreġistrati mal-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali.

Ir-residenti ta’ Ħ’Attard li jagħmlu parti minn Network Ambjentali tar-Residenti ta’ Ħ’Attard appellaw lill-Gvern biex jikkonsidra l-impatt li l-proġett Central Link se jkollu fuq l-għelieqi u l-bdiewa taż-żona fejn ser tinbena it-triq. Huma appellaw lill-Gvern biex jisma’ lill-partijiet li se jintlaqtu mill-proġett.

Fil-Parlament Herrera kkonferma wkoll li hemm numru ta’ siġar protetti skont ir-regolament dwar il-Ħarsien tas-Siġar u l-Imsaġar 2011. Herrera kompla biex qal li l-ammont ta’ siġar li se jkunu mpatti għadu mhux magħruf. Iżda skont ir-residenti fi ħdan in-Netwerk dan se jaqbeż it-3000 siġra.

Fit-tmiem l-istqarrija, r-residenti tan-Netwerk Ambjentali tar-Residenti ta’ Ħ’Attard appellaw ukoll biex tiġi evitata l-ħsara ambjentali.