46,000 kelb negozjati bejn stati Ewropej kull xahar

Ta’ kull xahar 46,000 kelb jiġu negozjati bejn pajjiż Ewropew u ieħor. Fil-maġġoranza tagħhom, dawn lanqas biss jiġu rreġistrati.

Dan ħareġ fi stqarrija dwar vot li ttieħed illum biex jitwaqqaf in-negozju illegali tal-klieb u l-qtates. Breeders kummerċjali qed jabbużaw mil-liġi Ewropea dwar in-negozju tal-annomali domestiċi li huma intenzjonati għall-moviment ta’ annimali mas-sidien tagħhom u mhux għall-bejgħ tagħhom.

L-UE b’vot biex jitwaqqaf in-negozju illegali tal-klieb u l-qtates

Il-Membri tal-Parlament Ewropew illum addottaw reżoluzzjoni li titlob għal azzjoni kontra n-negozju illegali tal-klieb u l-qtates. Fi stqarrija mill-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew ġie spjegat li kien hemm 607 voti favur, tliet voti kontra u 19-il astenzjoni dwar dan in-negozju li jġib sofferenza fuq l-annimali, ixerred il-mard u jiġġenera dħul kbir għall-kriminalità organizzata internazzjonali.

L-MEPs talbu għal miżuri bħal:

  • Sistema mandatorju tal-Unjoni Ewropea fejn wieħed jirreġistra l-klieb u l-qtates,
  • Definizzjoni Ewropea ta’ kummerċ ta’ faċilitajiet tat-tgħammir tal-annimali magħrufa bħala puppy mills,
  • Infurzar tal-liġi aħjar u sanzjonijiet aktar b’saħħithom, u
  • Mezz kif il-poplu jiġi mħeġġeġ jadotta minflok jixtri l-annimali.