460 titjira mill-Ġappun ikkanċellati minħabba t-tifun Halong

Kellhom jiġu kkanċellati aktar minn 460 titjira mill-Ġappun minħabba t-tifun Halong.
Dan wassal biex eluf ta’ persuni spiċċaw jistennew fl-ajruporti fix-xlokk ta’ dan il-pajjiż Ażjatiku.
It-tifun għandu riħ qawwi li jlaħħaq 200 kilometru fis-siegħa u qed joħloq mewġ għoli għaxar metri.
Huwa mbassar li t-tifun jimxi minn fuq l-arċipelagu Ġappuniż iktar tard mal-lejl u l-jum tal-Ħadd.