46 persuna mħarrka għax kisru r-regoli tat-traffiku

Skont sqarrija maħruġa mill-Pulizija ta’ Malta, kienu spezzjonati 874 vettura minn madwar Malta, b’total ta’ 46 persuna tiġi mħarrka u mwaqqfa minħabba ksur tar-regolamenti tat-traffiku.

Fl-istqarrija, l-Pulizija qalet li l-vetturi twaqqfu minħabba li fost l-oħrajn, uħud ma kellhomx liċenzja tas-sewqan valida, oħrajn minħabba sewqan eċċessiv u oħrajn minħabba li ma kinux libsin iċ-ċintorin tas-sigurtà waqt li kienu qed isuqu.

Fost il-lokalitajiet li ġew spezzjonati, kien hemm Paceville, Pembroke, San Pawl il-Baħar u x-Xemxija.