46 persuna ħatja ta’ korruzzjoni f’Ruma

46 persuna nstabu ħatja b’korruzzjoni u li provaw joħolqu sistema ta’ tixħim u manipulazzjoni biex jieħdu l-kontroll tal-kuntratti tal-belt.
Quddiem il-Qorti ta’ Ruma huma kienu akkużati wkoll li provat jimmanipulaw il-politiċi.
Madankollu l-Qorti ma kkundannathomx ta’ assoċjazzjoni mal-mafja.
Il-Qorti tat l-ogħla sentenza lill-allegat mexxej tagħhom, Massimo Carminati, li ngħata 20 sena ħabs
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni qalet li l-korruzzjoni rampanti tagħhom kienet tinvolvi ħtief ta’ xelters ta’ immigranti u diversi servizzi tal-pubbliku.