46% mhux kuntenti bid-demokrazija f’Malta – Ewrobarometru

Read in English.

46% ta’ nies residenti Malta li wieġbu l-Ewrobarometru qalu li m’humix kuntenti kif qed taħdem id-demokrazija f’Malta. L-Ewrobarometru huwa survey ta’ opinjoni pubblika li jsir b’mod regolari. Huwa mmexxi mill-Kummissjoni Ewropea.

Minn dawn is-46%, l-ogħla persentaġġ ta’ diskuntentizza hija f’dawk ta bejn it-18 u l-24 sena. Fl-2018, 24% biss irrappurtaw li m’humix kuntenti bid-demokrazija f’Malta. Fl-Ewropa b’mod ġenerali, 44% irrappurtaw li m’humix kuntenti bil-mod kif taħdem id-demokrazija f’pajjiżhom.

Ir-riċerka seħħet bejn l-14 u t-28 ta’ Novembru 2019. Saru iżjed minn 500 intervista wiċċ imb wiċċ ma’ nies resident Malta li għandhom iżjed minn 15-il sena.

Dan ifisser li r-riċerka seħħet fi żmien ta’ kriżi politika wara progress fl-investigazzjoni wara l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Dan wassal biex jirriżenjaw il-Ministri Konrad Mizzi u Keith Schembri, apparti mill-Prim Ministru Joseph Muscat. Yorgen Fenech, li kien sid kumpanija sigrieta fil-Panama 17 Black, ukoll ġie arrestat u qed jidher il-Qorti dwar il-qtil.

“Attitudni pożittiva lejn l-Unjoni Ewropea”

81% tal-parteċipanti jħossuhom ċittadini Ewropej u għandhom attitudni pożittiva ħafna lejn l-Unjoni Ewropea (UE).

Dan partikolarment għax toffri mobilità kbira biex issiefer, tistudja u taħdem fejn trid fil-UE. Infatti, 59% li wieġbu qalu li huma ottimisti ħafna dwar il-futur tal-UE.

“Sodisfatti bil-ħajja f’Malta”

92% ta’ li wieġbu huma sodisfatti bil-ħajja personali tagħhom f’Malta. Dan b’rigward ta’ xogħol u sitwazzjoni finanzjarja.

Dan il-persentaġġ huwa ogħla mill-medju tal-UE.