46 każ ġdid ta’ coronavirus; 48 oħra jfiqu

swabbing center

Read in English.

Filwaqt li matul il-jum tal-bieraħ instabu 46 każ ġdid tal-coronavirus, jidher li kien hemm 48 persuna oħra li fiqu.

Dan ħareġ mill-infografika tal-jum tal-Ministeru għas-Saħħa li tagħti rendikont tas-sitwazzjoni tal-jum tal-bieraħ. Fi żmien 24 jidher li saru total ta’ 2,185 swab test.

Il-każi tal-bieraħ huma:

  • Sitt membri tal-familja ta’ każi pożittivi,
  • Żewġ persuni li ġew f’kuntatt dirett ma’ każi magħrufa,
  • Ħames persuni kienu kollegi ta’ persuni pożittivi,
  • Erba’ każi kienu impurtati,
  • Żewġ każi kienu kuntatti minn avvenimenti fejn jinġemgħu n-nies.

B’hekk fil-pajjiż sa mill-bidu nett, instabu total ta’ 1,751 każ pożittiv wara 179,703 swab tests. Minn dawn, b’kollox fiqu 1,077 u mietu 10. Bħalissa hawn total ta’ 664 każ attiv tal-coronavirus fil-pajjiż.