46 jitressqu l-Qorti f’Ruma fil-każ “Mafia Capitale”

Quddiem il-Qorti f’Ruma beda jinstema’ l-każ, li ġie mlaqqam “Mafia Capitale”, u li qed jara 46 ruħ akkużati b’korruzzjoni fil-kunsill tal-kapitali Taljana.
Skont il-Prosekuzzjoni, l-investigazzjonijiet ta’ iktar minn sena żvelaw kif kienu qed jingħaddu miljuni ta’ ewro f’kuntratti foloz jew imbagħbsa, ta’ tip mafjużi.
Il-Prosekuzzjoni għandha mas-36,000 siegħa ta’ recordings biex isaħħu l-akkużi, u anke filmati li juru lil xi wħud jirċievu t-tixħim.
Fost l-akkużati hemm qattiel miżmum il-ħabs u membru tal-grupp kriminali Magliana.
Il-każ mhux mistenni jintemm qabel Lulju li ġej.