45% tal-Ingliżi lesti jħallu lill-Iskoċċiżi u tal-Irlanda ta’ Fuq jiddeċiedu dwar l-Indipendenza

An anti-Brexit protestor ties an EU flag to a lamp post outside the Houses of Parliament in London, Britain February 7, 2019. REUTERS/Henry Nicholls

Kważi nofs tal-votanti Ingliżi lesti jagħtu vot ieħor lill-Iskoċċiżi u dawk li joqogħdu fl-Irlanda ta’ Fuq biex jiddeċiedu jekk iridux jibqgħu fir-Renju Unit wara Brexit jew isiru stati indipendenti bil-possibiltà li jerġgħu jidħlu fl-Unjoni Ewropea.

Dan ġie magħruf fi stħarriġ li kien ikkummissjonat mill-gazzetta prominenti Ingliża The Independent.

45% tal-1,504 votanti qablu li l-Parlament Ingliż f’Westminster għandu jagħti l-possibiltàli l-Iskoċċiżi u dawk fl-Irlanda ta’ Fuq jivvutaw f’referendum għall-indipendenza mir-Renju Unit. Dan il-figura tikkuntrasta ma’ dawk li qalu le għaliex 30% qalu li dan il-vot m’għandux jingħata.

Il-kumpanija li ħadmet fuq l-istħarriġ tal-oppinjoni pubblika qalet li jekk tneħħi lil dawk li ma jafux x’għandha tkun id-deċiżjoni, ir-riżultat tal-istħarriġ ikun 60% favur u 40% kontra. Meta mqassma skont l-affiljazzjoni tal-partiti politiċi Ingliżi, dawk tal-Partit Konservattiv kienu 44% favur u 42% kontra, filwaqt li maġġoranza assoluta dehret fost votanti li jivvutaw għall-Partit Laburista, il-Liberali u d-Demokratiċi u l-Partit ta’ Brexit.

Rapport sħiħ dwar dan l-istħarriġ jinsab hawn.