45 persuna mejta fuq dgħajsa lejn Sqallija

Is-sitwazzjoni f’Pozzallo kompliet tiggrava hekk kif fid-dgħajsa tas-sajd li nstabet bejn Sqallija u l-kosta Afrikana kien hemm 45 katavru.
Sakemm id-dgħajsa ddaħlet fil-port ta’ Pozzallo kien maħsub li mietu 30 persuna.  Iżda l-għadd tal-vittmi tela’ bi 15 meta l-awtoritajiet Taljani bdew joħroġu l-katavri għall-kamra mortwarja għall-awtopsja.
Il-45 vittma kienu fil-kamra fejn jinżamm frisk il-ħut u wisq probabli mietu minħabba nuqqas ta’ arja u  tgħaffiġ. 
Minn fuq id-dgħajsa ġew salvati 600 persuna – id-doppju ta’ kemm tesa’.