45 persuna fl-ibħra Maltin; jappellaw għall-għajnuna – Alarm Phone

Read in English.

45 persuna jinsabu bejn sema u ilma fiż-żona ta’ tfittxija u salvataġġ Maltija, qed jitolbu l-għajnuna tal-awtoritajiet Maltin. Dan sar magħruf minn Tweet li l-organizzazzjoni ta’ salvataġġ Alarm Phone għamlet.

L-organizzazzjoni qalet li huma kellmu lill-Awtoritajiet Maltin għall-ħabta tas-6.30pm u qed jitolbu li tingħata għajnuna immedjata lil dawn il-persuni. Kelliema għall-Forzi Armati Maltin (AFM) qalet lil Newsbook.com.mt li huma għadhom ma ġewx infurmati dwar dan.

L-organizzazzjoni Alarm Phone insistiet li l-Gvernijiet m’għandhomx iħallu l-ħajjiet ta’ dawn il-persuni fil-periklu u għandhom jiddaħħlu f’post sigur.