45 knisja Nisranija maħruqa fin-Niġer

Huma mill-inqas 45 il-knejjes Insara maħruqa fin-Niġer, waqt protesti kontra r-rivista satirika Charlie Hebdo minħabba l-karikatura tal-profeta Mohammed.
L-awtoritajiet tal-Gvern fi Niamey ikkonfermaw li l-vittmi maqtula huma mill-inqas 10 hekk kif tħabbru tlett ijiem ta’ luttu.
Sa tmiem il-ġimgħa, kien hemm vittmi u ħsara simili fil-pajjiż ġar, Niġerja.
Sadattant, fir-Repubblika Afrikana Ċentrali, żewġ persuni nkluż Franċiża ta’ 67 sena li taħdem għal organizzazzjoni Kattolika Franċiża, inħatfu minn irġiel armati.
Allegatament, l-irġiel iridu l-ħelsien ta’ militant li nżamm minn membri tan-Nazzjonijiet Magħquda fi tmiem il-ġimgħa.
L-Arċisqof tal-belt qiegħed f’diskussjonijiet ma’ dawk li ħatfu ż-żewġ persuni bit-tama li dawn jinħelsu kemm jista’ jkun malajr.