45 każ ġdid ta’ HIV

Is-sena li għaddiet ġew irreġistrati 45 każ ġdid ta' infezzjonijet tal-HIV f'Malta. Dan permezz ta’ konsultazzjonijiet li saru fil-klinika tal-GU.
Fil-Parlament, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li ġew introdotti, rapid testing b’xejn għall-HIV fil-klinika tal-GU kif ukoll self tests li kienu disponibbli għall-pubbliku mill-ispiżeriji fil-komunità.
Meta kien qed jirrispondi mistoqsija parlamentari tad-deputat tal-Oppożizzjoni Godfrey Farrugia, il-Ministru qal li t-total ta’ konsultazzjonijiet fil-GU Clinic fl-2017 kien ta’ 5,864 li minnhom 107 kienu żgħażagħ ta’ taħt it-18-il sena.
L-iktar tliet kundizzjonijiet komuni li ġew irrappurtati fl-2017 kienu l-warts, chlamydia u l-herpes.