45 każ ġdid ta’ coronavirus

Read in English.

Fl-aħħar 24 siegħa Malta rreġistrat 45 każ ġdid minn total ta’ 1,783 swab test. Il-Ministeru tas-Saħħa żied jgħid li żdiedu 5 immigranti pożittivi għall-virus miċ-ċentri magħluqa f’Malta. Fiequ wkoll 32 persuna, u b’hekk, it-total ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 676.

Dan tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa fl-infografika li joħroġ ta’ kuljum. Id-dettalji dwar il-każi mħabbra llum jingħataw għada minħabba li għadhom qed jiġu investigati.

Dalgħodu tħabbar ukoll li anzjan miet kawża tal-Covid-19.

Huwa kien residenti f’dar tal-anzjani
Raġel ta’ 98 sena jmut bil-coronavirus

Kważi nofs il-każijiet tal-bieraħ kienu sporadiċi. Mit-32 każ li tħabbru lbieraħ 15-il każ kienu sporadiċi, 8 każi minn membri tal-familja, 2 każi minn kuntatti diretti, każ minn Dar San Ġużepp, 4 każijiet li ttieħdu mingħand kollegi tax-xogħol u żewġ persuni oħra minn gathering soċjali.

Għandek xi esperjenza li trid taqsamha magħna?
Ikkummenta hawn taħt jew ibagħtilna fuq info@newsbook.com.mt