45 imutu, 60 imweġġa’ wara attakk suwiċida fl-Afganistan

Fil-Lvant tal-Afganistan mill-inqas 45 persuna sfaw mejta wara attakk suwiċida li seħħ waqt logħba tal-volleyball.
Kelliem għall-gvernatur ta’ Paktika qal lil midja internazzjonali li dak li attakka ħalla l-bomba f’nofs folla li kienet qed tinġema’ biex issegwi l-logħba.
Madwar 60 oħra sfaw imweġġa’ wara dan l-attakk li sar fid-distrett ta’ Yahyakhail.
L-attakk suwiċida ġie ftit wara li l-Membri Parlamentari tal-Afganistan laħqu ftehim li jħalli suldati tan-NATO u suldati Amerikani jibqgħu fil-pajjiż wara li l-maġġoranza tat-truppi barranin se jitilqu f’Diċembru.
L-għadd ta’ suldati li se jkunu fil-forza ġdida tan-NATO jammonta għal madwar 12,000. Il-missjoni tagħhom se tkun li jgħinu u jassistu l-forzi tas-sigurtà tal-Afganistan.