45% aktar f’dawk li jsiefru ‘l barra mill-Ewropa

Fl-ewwel kwart tas-sena, il-Maltin siefru aktar minn kemm siefru fl-istess żmien is-sena l-oħra.
Ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru li kien hemm żieda ta’ kważi 20%.
Iż-żieda ta’ Maltin li jsiefru ‘l barra mill-Unjoni Ewropea kienet ta’ 45%.
L-istħarriġ jindika wkoll li l-ispiża għall-ivjaġġar naqset matul l-aħħar ħames snin.
L-akbar żieda kienet irreġistrata fost iż-żgħażagħ li għandhom sa 24 sena fejn b’kollox kien hemm aktar minn 24,000 żagħżugħ u żagħżugħa li siefru.

Aktar min-nofs ta’ dawk li siefru bejn Jannar u Marzu ta’ din is-sena marru fl-Italja u fir-Renju Unit (56%).
L-aktar destinazzjonijiet popolari mal-Maltin:

  1. L-Italja
  2. Ir-Renju Unit
  3. Il-Ġermanja
  4. Spanja
  5. Franza