​45,700 student fl-iskejjel Maltin

Fis-sena skolastika li għadha kif bdiet, l-iskejjel sekondarji tal-Knisja laħħqu l-istess għadd ta’ studenti li għandhom fl-iskejjel primarji.
Waqt li fl-iskejjel primarji tal-Knisja, l-għadd ta’ studenti jlaħħaq 7,548, dak għall-iskejjel sekondarji tal-Knisja jgħodd biss student wieħed inqas – 7,547.
L-iskejjel tal-istat għandhom 13,673 student fl-iskejjel primarji u 11,449 fl-iskejjel sekondarji.
Dawk indipendenti għandhom 3,214-il student fl-iskejjel primarji u 2,261 student fl-iskejjel sekondarji.
Dan ifisser total ta’ 45,692 student fl-iskejjel primarji u sekondarji fil-pajjiż.
L-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo.