​444 tifel u tifla fi djar tat-tfal jew fostering

F’Diċembru 2015 kien hemm 444 tifel jew tifla li kienu qed jgħixu f’dar tat-tfal jew ma’ foster family.
Dan qalu l-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Charles Mangion
Ftit anqas min-nofs, jew 233 huma  fostered waqt li dawk li jgħixu f’waħda mid-diversi djar tat-tfal huma 211.