440 immigrant arrestati fi Tripli qabel il-vjaġġ lejn l-Ewropa

Il-Pulizija tal-Gvern ta’ Tripli arrestat iktar minn 440 immigrant, il-parti l-kbira tagħhom minn pajjiżi fiċ-ċentru jew fin-naħa t’isfel tal-Afrika, li kienu qed jippruvaw jitilqu mill-kosta Libjana biex jaslu fl-Ewropa b’mod illegali.
L-informazzjoni għadha mhix ċara hekk kif il-midja Libjana għadha qed taġġorna l-aħbar imma jidher li l-arresti saru wara li diversi residenti ta’ Tripli ċemplu b’rapporti lill-Pulizija.
L-440 immigranti li kienu se jħallu l-Libja bħalissa jinsabu f’ċentri ta’ detenzjoni fil-pajjiż.