44 każ ġdid, ifiqu 63 persuna

Miguela Xuereb

Fl-aħħar 24 siegħa kien hemm 44 każ ġdid ta’ Covid-19 fil-Gżejjer Maltin.  Dawn ħarġu minn 2,252 swab test.

Skont l-infografika maħruġa ta’ kuljum mill-Ministeru għas-Saħħa, fl-aħħar 24 siegħa fiequ 63 persuna. B’hekk l-għadd ta’ każi attivi f’Malta bħalissa huwa ta’ 434 każ.

Dalgħodu ġew imħabbra żewġt imwiet oħra biex b’hekk l-għadd ta’ mwiet f’Malta mill-bidu tal-pandemija f’Marzu li għadda tela’ għal 37.

S’issa total ta’ 37 mewt:
Żewġ imwiet oħra bil-Covid-19

B’kollox f’Malta kien hawn 3,139 każ ta’ Covid-19 u saru b’kollox 258,809 swab test.

Minn fejn oriġinaw il-każi li tħabbru lbieraħ se jingħataw minn Prof. Charmaine Gauci fil-konferenza tal-aħbarijiet li qed tagħmel kull nhar ta’ Ġimgħa fin-12.30pm.